top of page
  • Writer's pictureBreak the Taboo Malta

Storja 5 - 01.11.2018 ~ bil-Malti




“Meta żżewġt ta’ 24...u nqbadt tqila, ħsibt li jien l-iktar persuna xxurtjata! Ftit wara beda s-swat...


Għamilt il-kuraġġ li nitilqu b'tarbija ta' 6 xhur. Is-solitudni ħassejtha, u ma kellix flus, għax tlaqt mix-xogħol biex inqatta' 3 snin inrabbi t-tarbija...


Ftit xhur wara ġie lura...jiskuża ruħu ta' li kien għamel u jgħidli li jixtieq li nkunu familja waħda magħquda. Għaddew 4 xhur...u nsib lili nnifsi mitlufa minn sensija mal-art fil-kamra tal-banju. Hemmhekk iddeċidejt li nerġa’ nitlaq – u ħlift li din żgur ħa tkun tal-aħħar. Però mbagħad skoprejt li erġajt tqila. Kif stajt inġib tarbija oħra f'din l-inċertezza?


Is-soluzzjoni tiegħi kienet biljetti tal-ajru għal Amsterdam, fejn kienet taħdem ħabiba antika tiegħi... Hi ħadet ġurnata off biex toqgħodli mat-tarbija waqt li jien immur għall-proċedura... Ma jiddispjaċinix li għamilt il-proċedura – din id-deċiżjoni tagħtni l-opportunità li nerġa’ nibni ħajti mat-tarbija tiegħi. L-uniku dispjaċir li għandi huwa li kont f’dik is-sitwazzjoni... Għalhekk jien kburija li ngħid li jien pro-choice – dik l-għażla tista’ ssalvalek is-sanità tiegħek!”

157 views

Recent Posts

See All
bottom of page