top of page

Storja 4 – 01.11.2018 ~ bil-Malti

  • Writer: Break the Taboo Malta
    Break the Taboo Malta
  • Nov 1, 2018
  • 1 min read

Updated: May 24, 2020




“Jien Anglo-Maltija u trabbejt f’familja Kattolika stretta ħafna flimkien ma’ erba’ aħwa subien. Ir-rwol tiegħi kien ta’ Cinderella, aktar milli tifla waħda mfissda.


Meta kelli 30, skoprejt li kelli 11-il ġimgħa tqala. Diġà kelli żewġt itfal ‘qed jikbru’ u raġel li qal li kien jippreferi kċina ġdida milli aktar tfal.


Meta mort nagħmel scan sabu li kelli fibroma kanċeruża enormi u utru kbir. Kif kien qed jikber il-baby, hekk ukoll kien qed jikber il-kanċer. Jien qrajt dwar nisa li jgħidu li jippreferu jmutu milli jagħmlu abort. Jien moħħi kien fiż-żewġt itfal l-oħra aktar milli fuq il-fetu. L-għażla li nagħmel abort ma kinitx biss tagħna bħala koppja, iżda tal-kanċer. Kien qed joqtol lili u lill-fetu.


Sfortunatament, l-ewwel attentat ta’ abort ma kienx komplut u kelli nerġa’ mmur ġimgħa wara biex jitkompla qabel ma setgħu jagħmlu l-isterektomija sħiħa.


Ma kelli l-ebda rimors iżda qatt ma stajt nitkellem dwar din il-kwistjoni mal-familja Malta jew l-Ingilterra. Ir-raġel wara ftit sar l-ex-raġel, iżda bnejt relazzjoni tajba ħafna ma’ raġel ieħor u għandi żewġ neputijiet bniet meraviljużi.


Meta ħriġt tqila, kienet il-coil li falliet. Skond tal-‘pro-life’ jien missni ssagrifikajt ħajti għall-ħajja tal-fetu u ħallejt it-tfal tiegħi orfni.”

 
 
 

Comments


Break the Taboo Malta is an initiative to address abortion stigma in Malta by sharing personal abortion stories and related experiences.

  • facebook
  • Twitter
bottom of page