top of page
  • Writer's pictureBreak the Taboo Malta

Storja 1 - 06.10.2018 ~ bil-Malti




“Meta kelli 21, skoprejt li kont tqila minn ex-għarus li kien joqgħod ġo pajjiż ieħor. Għamilt id-deċiżjoni mill-ewwel, u sempliċiment għidt lil kulħadd li ħa nsiefer għal vaganza. Mort għand ħabiba affidabli li kienet toqgħod Pescara, u hi għenitni nagħmel appuntament għal abort ġo sptar modern.

Qatt m’għidt lil ħadd għax kont naf li ma kont ħa nsib ebda sapport jew lil xi ħadd jifhimni. Kont fortunata mmens għax kelli xogħol tajjeb u stajt naffordjaha. L-operazzjoni biss swietni €2000, li għal dak iż-żmien kien ħafna.

L-iktar ħaġa li niftakar hi l-ġenituri tal-ħabiba tiegħi fl-Italja jgħiduli li ma jistgħux jifhmu kif l-abort hu llegali f’Malta!

Illum il-ġurnata jien miżżewġa b’żewġt itfal sbieħ. Onestament, qatt ma bagħtejt minn ebda trawma u qatt ma ddispjaċini. Issa nixtieq nagħti sapport lil oħrajn jekk nista’.

Grazzi ta’ l-inizjattiva!”

45 views

Recent Posts

See All
bottom of page