top of page

Storja 35 - 23.08.2020 ~ bil-Malti

Writer's picture: Break the Taboo MaltaBreak the Taboo Malta



“Għamilt abort. Ma kontx stuprata, ma ngħixx fil-faqar, u t-tqala ma kienitx riżultat ta’ ‘one night stand’. Inqbadt tqila sena qabel ma kellna niżżewġu. U aktar minn hekk, kien xhur biss wara li rnexxieli noħroġ minn attakk ta’ dippressjoni. Fl-aħħar kont qed nerġa’ nħossni li qed inrabbi l-kunfidenza, u kuntenta, u lanqas biss stajt nimmaġina li ngħaddi minn dawk it-tibdiliet kollha li ġġib magħha t-trobbija ta’ tarbija. L-għarus tiegħi kien wasal biex jibda kors ġdid ukoll, u flimkien ħadna d-deċiżjoni li l-aħjar ħaġa, kemm għar-relazzjoni tagħna – li diġà bagħtiet minħabba d-dipressjoni tiegħi – kif ukoll għall-futur tat-tarbija. Ma konniex lesti biex inrabbu t-tarbija kif xtaqna nrabbuha.


Kelli qalbi maqsuma. Tlabt li nkorri biex ma jkollix nagħmel abort. Iżda mbagħad sibna l-għajnuna, u xtrajna l-pilloli online, u ddeċidejna li neħduhom. Kienet iebsa ħafna, kelli u għad għandi kuxjenza tqila. Nħossni ħażin ħafna meta nisma li xi ħadd ma jistax ikollu t-tfal. Kont imwerwra li meta nerġa’ nżur il-gynae, ser tinduna li għamilt abort. M’għidna lil ħadd, lanqas ruh waħda. L-għarus ma jifhimx għala għadni b’kuxjenza tqila, minkejja li naf li kienet l-aħjar deċiżjoni għalina.


Darba tant ħassejtni ħażin li xtaqt naqsam l-esperjenza mat-terapista tiegħi iżda stħajt ngħidilha. Minix ngħid li dak li għamilt jien huwa tajjeb, iżda naf fiċ-ċert li għamiltu b’intenzjonijiet tajbin. Nemmen li kelli u għad għandi bżonn is-sapport. Il-biċċa l-kbira, jien mara mentalment b’saħħti, u nemmen li hawn ħafna nisa li għandhom bżonn l-għajnuna. Ħafna nisa għandhom bżonn li dan it-tabù jitkisser biex jagħżlu dak li hu l-aħjar għal ġisimhom.”

240 views

Recent Posts

See All

Comments


Break the Taboo Malta is an initiative to address abortion stigma in Malta by sharing personal abortion stories and related experiences.

  • facebook
  • Twitter
bottom of page