Break the Taboo Malta

Oct 17, 20203 min

Storja 39 - 18.10.2020

Updated: Jun 6, 2021

Din hija l-ewwel storja li rċivejna bil-Malti.

“Jien għaddejt minnha. Wara żewġt itfal [li kienu għadhom żgħar] erġajt inqbadt pregnant waqt li kont bil-pill u pull back method. Sibt il-website Women on Waves jekk niftakar sew, u ta’ 9 weeks ħadt il-pirmli. Illum għaddew [is-snin], u le, ma jiddispjaċini xejn. Għamiltha għal raġuni ta’ saħħa, għax ma niflahx għal tarbija oħra, lanqas mentalment.

Wara li kelli l-kbira dejjem xtaqt ikolli tarbija oħra f'inqas żmien possibli biex jikbru flimkien. Meta t-tifla kellha sena kelli miscarriage. Erġajt pruvajt, u meta [t-tifla kienet ftit ikbar] kelli tifel li twieled pre-term.

Waqt it-tqala, il-backbone tiegħi – ommi – ġiet litteralment persuna b’diżabbiltà [minħabba problema medika]. Ma baqgħatx tagħrafna, u tkelimna xejn. Kont erġajt mort ngħix għand il-ġenituri, għax missieri ma riedx jaċċetta l-fatt li ried idur b'ommi u kien waqa’ f’depression u kellhom bżonn lili nkun hemm għalihom. Fl-istess żmien, ir-raġel ħa transfer fuq ix-xogħol u beda jaħdem ma’ persuni b’diżabbiltà intellettwali. Kienu challenging ħafna, plus self-harming u jweġġgħu nies oħra, inkluz lilu, u waqa’ f’depression ukoll.

So kelli indur b'ommi (naħsilha, nitmagħha, inbidlilha n-nappies), kelli tifla żgħira, missieri u r-raġel b'depression, u jien naħdem full-time u tqila. Minħabba dan l-istress kollu kelli t-tifel qabel iż-żmien. Għamel [xi żmien] l-NPICU [Neonatal Paediatric Intensive Care Unit], allura kuljum ġejja u sejra l-sptar, kull 3 siegħat nespressja l-ħalib…insomma, ħafna ġenn.

Meta t-tifel kellu biss ftit xhur erġajt mort noqgħod fid-dar matrimonjali tiegħi, u ommi daħlet go home. Missieri kien waħdu, u r-raġel qabad jerġa’ jqum fuq saqajh – sintendi, bl-anti depressants. Meta t-tifel kellu sena [kellu jerġa’ jqatta’ xi żmien] l-NPICU. Qalulna li kellu global development delay, plus hekk kien ilu minn baby ibgħati [b’affarijiet oħra]. Huwa tifel b’ħafna problemi mediċi.

Kont bdejt il-pill Yaz meta kellu 8 ġimgħat, għax dejjem kont ngħid li tnejn biss xtaqt tfal. Meta kellu 16 months ma ġienix il-period, avolja kont ħadt il-pirmli kollha u qatt ma qbiżt waħda. Għamilt test u ġieni positive u vera ħadtha bi kbira. Kont mort għand gynae u kkonfermali bil-blood test li kelli 5 weeks pregnancy. Iddiskutejtha mar-raġel. Għall-bidu rrifjuta, però għamilt ta’ rasi u bdejt ir-research fuq l-internet. Kont sibt il-website Women on Waves, kont ħallast xi €100 (bħala donation jgħidulek), u wara 3 days waslu il-pirmli.

Wara ġimgħa li kienu għandi ħadt l-ewwel pass u ħadt l-ewwel pirmla, u 24hrs wara ħadt il-kumplament. Ir-raġel kien hemm miegħi. Kont bagħtejt ħafna, uġiegħ daqs tal-ħlas, l-istess. Għamilt xi 8hrs contractions non-stop, anke wara li waqa’ kollox. L-unika problema li kelli hija li kont għamilt xi 2 months nara demm. Kont kellimt lill-gynae, imma kont gdibtlu li tlift il-baby, però kien donnu issuspetta ftit. Għax qalli, “Ma mortx sptar jew hekk meta tlift il-baby?” U kont għidtlu li mort Saint James u kienu għamluli ultrasound u qaluli li ma fadal xejn. Insomma, u kien bagħtni l-isptar għax kelli bżonn raxkament. Jien u r-raġel biss konna nafu. Ħadd iktar. Ma nahsibx li kienu jieħdu pjaċir żgur.

Wara dak kollu kont għamilt Mirena u sa issa thanks god… Still, ma nirriskjax voldieri. Bħala leave kont ħadt ġurnata waħda biss – l-għada, peress li kont għamilt lejl contractions, cioe kont ċempilt sick. Il-bqija, on the second day I was back to normal qisu xejn m’hu xejn. Ma kont tkellimt ma’ ħadd, għar-raġuni li malli sirt naf li kont pregnant mal-ewwel ridt nittermina t-tqala.

Għalfejn ma ħadmitx il-pill ma nafx. Il-gynae kien qalli li tiġri, però rari. Il-website Women on Web kienet, però kont bdejt minn Women on Waves. U llum il-ġurnata iktar ngħid li kienet l-aħjar deċiżjoni li kont ħadt.

Għandi [t-tfal b'ċertu problemi]. Żgurrrr ma niflahx ikolli tifel jew tifla oħra, għalkemm għadni zgħira. Għajjewni ħafna. Ħafna terapija, ġiri, telf ta’ xogħol, ħin, etc...

Grazzi.”

762
0