Break the Taboo Malta

May 21, 20211 min

Storja 2 - 31.10.2018 ~ bil-Malti

Updated: Jun 6, 2021

“Jien għandi żewġt itfal u għadni m’għalaqtx it-tletin sena. Għadni kemm ġejt lura mill-Ingilterra x-xahar l-ieħor.

Mort nagħmel abort. Fit-tmienja wasalt il-klinika u fil-ħdax lestejt. Ma ħassejtx uġiegħ. Għażilt li jraqqduni waqt l-intervent u f’inqas minn għoxrin minuta kont lesta. Meta qomt, tawni l-‘hot chocolate’ u biskuttini. Ġegħluni nħossni milqugħa u kienu ħelwin ħafna miegħi. Il-klinika fejn għamilt l-intervent jisimha ‘Mary Stopes.’ Nirrakomandaha ħafna, għax vera jieħdu ħsiebek.

Is-sieħeb tiegħi kien imbeżżgħa ħafna però xorta ġie miegħi u tani s-sapport.”

87
0